Preparing Healthy Desserts & Drinks

April 29, 2011 by

Gianluca FalzonNicholas Parnis Kien imiss lezzjoni ta’ prattika oħra.  Illum 18 ta’ April 2011, kellna nippreparaw diżerta ibbażata fuq ħalib u frott li huma żewġ Gianluca Falzoningredjenti tajbin għas-saħħa.  Il-ħalib jagħtina il-kalċju u il-frott jagħtina ħafna nutrijenti b’mod speċjali il-vitamini.  Għamilna diżerta bil-custard u il-frott u għamilna smoothie bil-frawli u l-banana.  Hawnhekk qeghdin naraw ir-ritratti tad-diżerta ta’ Gianluca Falzon u l-ismoothie ta’ Nicholas Parnis fuq in-naħa tax-xellug u ta’ Gianluca Falzon fuq in-naħa tal-lemin.

Posted in Uncategorized | | | 2 Comments

L-attivitajiet tal-karnival – 4 ta’ Marzu

April 1, 2011 by

Nhar l-erbgħa ta’ Marzu, fl-iskola tagħna organizzajna numru ta’ attivitajiet biex niċċelebraw il-karnival.  Fost dawn l-attivitajiet kien hemm logħob, xow u kompetizzjoni bil-kostumi.  Dakinhar kull house kellha tagħżel numru ta’ studenti biex jikkompetu fil-logħob.  Wara l-logħob kellna xow żgħir.  F’dan ix-xow kien hemm Thea Garret u Kurt Calleja li ġew  ikantaw.   Kien hemm ukoll kanzunetta li kantaw l-istudenti tal-music u drama.  Din il kanzunetta  bit taljan kien jisimha ‘Il Coccodrilo come fa’.  Mill-klassi tagħna hadu sehem Neil Micallef, Ryan George Tanti, Josef Agius (jiena) u Gianluca Grima.  Preżentajna wkoll il-mima ‘ The Bouble gum’.  Jiena ħadt sehem f’din il-mima wkoll.  Din kienet vera sabiha u tad-daħk.  Għalaqna dan ix-xow biż-żifna ’Cotton Eye Joe’.  Kieran Spiteri u Neil Micallef irrapreżentaw il-klassi tagħna f’din iż-żifna.  Għalaqna dan in-nofs ta’ nhar bil-kompetizzjoni tal-kostum tal-karnival.  Dan il-kostum kellu jkun magħmul minn materjal riċiklat.  Kienu diversi l-istudenti mill-klassi tagħna li ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni.

Josef Agius

Posted in Uncategorized | | | 0 Comments

Nilgħab il-basketball

April 1, 2011 by

Jiena Malwul u għandi ħdax-il sena. Nippratika u nilgħab il-basketball mat-tim tal-Loyola.  Illi li bdejt dan l-isDSC_0168port mindu kelli erba’ snin. Dan huwa it-tmien staġun tiegħi li qed nilgħab . Bħalissa qiegħed nilgħab mal-kategorija ta’ taħt l-erbatax –il sena.  Din hija l-ewwel darba għalija li qed nilgħab f’din il-kategorija.  Flimkien ma’ sħabi u bis-saħħa tal-kowċ Joe Zammit sejrin tajjeb ħafna u għandna ma tlifna l-ebda logħba.  Jonqosna żewġ logħbiet oħra sabiex nirbħu l-kampjonat ta’din il-kategorija u nkunu Champions.

Fl-iskola wkoll ikolli l-opportunita’ li nipprattika dan l-isports.  Irrapreżentajt lil house tiegħi fil-free shots fl-attivitajiet tal-karnival.  F’din l-attivita’ ġejt fit-tieni post.  Barraminnhekk, nilgħab mal-Yellow Tigers fit-tournament li qed isir fl-iskola fil-break il-kbir bejn il-houses. It-tim tiegħi f’dan it-turnament sejjer tajjeb ħafna.  

Malwul Borg

Posted in Uncategorized | | | 2 Comments

Waqt il-lezzjoni tal-P.E.

March 25, 2011 by

Waqt il-lezzjonijiet tal-P.E. nitgħallmu ħafna tipi ta’ sport differenti.  Tgħidx kemm nieħu gost waqt din il-lezzjoni għax nagħmlu tlett kwartu nagħmlu l-isports.  Fil-bidu tas-sena bdejna bil-futbol.  Domna madwar ġimgħatejn.  Wara bdejna nitgħallmu nilgħabu l-basketball.  Dan l-isports ukoll domna madwar ħmistax.  Bħalissa qed nitgħallmu l-Handball.  Waqt il-lezzjoni ġieli nagħmlu ukoll xi logħba.  Tgħidx kemm naqbżu u ngħollew.  Din hi waħda mil-lezzjonijiet favorit ta’ ħafna studenti.  Ikollna wkoll numru ta’ ħarġiet marbutin mal-P.E..  Morna it-trekk tal-Marsa nipprattikaw l-atletika, il-pixxina ta’ Ta’ Qali nipprattikaw l-għawm, trekking u anke l-fun run. 

Nicholas Parnis

Posted in Uncategorized | | | 0 Comments

Insajjru waqt il-lezzjoni tal-Home Economics

March 25, 2011 by

Waqt il-lezzjonijiet tal-NicholasHome Ecomomics nitgħallmu ħafna affarijiet pero’ ma nsajrux ta’ spiss.  L-aħħar darba li sajjarna kien fuq snacks sani għall-ħajja.  Għalhekk sajjarna wraps u pizza bread.  Dakinhar ħadna ħafna gost.  F’din il-lezzjoni bdejna billi għamilna taħlita.  Din it-taħlita tfajniha fir-wrap.  Għalaqna ir-wrap u poġġejniha fuq il-platt.  L-għalliema tagħna Ms Vassallo tatna l-opportunita’ li nzejnu l-platt.  Fil-platt tiegħi, qsamt ir-wraps min-nofs, dawwart ir-wraps nofs kontra l-ieħor.  Poġġejt ftit mili fin-nofs tal-platt u żejjint il-platt biż-żebbuġ imqatta’. Ms Vassallo għażlet il-platt tiegħi bħala l-isbaħ platt.  f’din il-lezzjoni għamilna wkoll il-pizza bread.  It-taħlita tar-wrap li kien fadal ħawwarniha b’xi ingredjenti oħra.  Poġġejna din it-taħlita fuq il-ħobż, żidna ftit ġobon u oregano u poġġejnihom fil-forn.  X’ħin kienu lesti, poġġejnihom fuq platt.  Dan il-platt żejjintu bi ftit bżar oranġo.  Dan is-suġġett jogħġobni ħafna u l-fatt li rbaħt il-preżentazzjoni tar-wraps għamilli ħafna kuraġġ biex inkompli naħdem u nirsisti.

Nicholas Parnis

Posted in Uncategorized | | | 0 Comments

How did I do my recycled carnival costume?

March 25, 2011 by

  DSC_0087  DSC_0071                    DSC_0069

I started off this project, by cutting out a cardboard box into pieces.  The second step was to cut newspapers and magazines in squares.  I glued these papers to the cardboard pieces.  I left the costume to dry.  Then I glued some snack packets, cereal cardboard boxes and even wrappers.  I added some final touches to my costume.  I used recycled white cardboard to draw the recycling sign.  I coloured the sign in green and glued it to the costume.  The costume was now ready to wear and there I was:  The Recyle Man. 

Jeffrey Okpara

 

 

Posted in Uncategorized | | | 0 Comments

Il-Futbol – Il-Passatemp Favorit Tiegħi

March 23, 2011 by

HPIM0981Jiena Kyle Fenech u noqgħod Birkirkara.  Jien għandi ħafna passatempi iżda l-passatemp favorit tiegħi huwa l-futbol.  Dan l-isports huwa sabiħ ħafna għax huwa sports intensiv.  It-tim tal-futbol jikkonsisti fi ħdax-il plejer.  Kull plejer ikollu pożiżżjoni.  Dawn huma l-gowler, diffensuri, plejers ta’ nofs il-grownd, u attakkanti.  Minn dawn ikun hemm ukoll il-kaptan.  Waqt logħba tal-futbol ikun hemm ukoll ir-referi u lines man biex jaraw xi offside jew fawl.  Jien nħobbu ħafna l-futbol għax ikollok ħafna taħriġ.  Jien nilgħab ma’ Birkirkara Youth Nursery

Posted in Uncategorized | | | 0 Comments

Żmien il-Pre-istorja

March 22, 2011 by

ŻMIEN PRE-ISTORIKU       

This powerpoint was done by Josef Agius.  Please click on the title to see the powerpoint.

Posted in Uncategorized | | | 0 Comments

Il-Proġett Crocus

March 21, 2011 by

Dan il-proġett bdejnieh f’Ottubru flimkien ma’ l-għalliema tagħna Ms Cachia u Mr Agius.  L-ewwel bdejna billi żrajna l-basal tal-crocus fil-ħamrija.  Għamilna dan biex infakkru l-istilla safra ta’ David li kienu jilbsu l-Lhud fiż-żmien it-tieni gwerra meta kienu jmorru fil-kampijiet ta’ konċentrament.  Aktar tard, lejn Diċembru, Ms Cachia qaltilna li fis-27 ta’ Jannar konna ser nagħmlu preżentazzjoni żgħira għall-iskola tagħna.  Waqt free lesson, Ms. Cachia qasmitilna r-rwoli differenti li kellna nagħmlu f’din il-preżentazzjoni.  Jien ġejt magħżul bħala wieħed min-narraturi.  Tul ix-xhar ta’ Jannar konna nagħmlu r-rehearsals nhar t’erbgħa waqt l-attivitajiet ta’ wara nofsinhar.  Dakinhar tal-preżentazzjoni fis-27 ta’ Jannar, il-klassi kollha konna vera eċitati.  Il-preżentazzjoni saret fil-media room.  L-ewwel għamilniha lill-klassijiet tal-platinium, cobalt u mercury.  Wara l-brejk għamilniha lill-klassijiet tal-Argon, Lithium u Copper.  Meta lestejna l-preżentazzjoni, Ms Cachia u Mr Agius qalulna prosit tax-xogħol li għamilna għax morna vera tajjeb.

Owen Psaila

Posted in Uncategorized | | | 0 Comments

Il Proġett Crocus

March 21, 2011 by

Kien nofs Ottubru meta l-form teachers tagħna Ms.Cachia u Mr. Agius qaluluna li l-klassi tagħna ser tirrapreżenta l-iskola tagħna fil-proġett Crocus.  Dan il-proġett iffakkarna fi żmien l-Holokawst.  X’kien l-holokawst?  L-holokawst kien avveniment ili nqatlu ħafna tfal minħabba n-Nażi.  Dan ġara fi żmien it-tieni gwerra dinija.

Bdejna dan il-proġett billi ħawwilna pjanti tal-crocus fil-kuritur tal-klassi tagħna.  Dawn bdew inibtu bejn l-aħħar ta’ Frar u bidu ta’ Marzu.  F’Jannar, ippjanajna mima, powerpoint u narrazzjoni biex nippreżentaw lill-istudenti ta’ l-iskola tagħna.  Aħna ħdimna fuq li ħdimna mal-form teachers tagħna biex tellajna din l-attivita’. 

Gianluca Falzon

Posted in Uncategorized | | | 0 Comments

« Previous Entries